Eurovision
Michela qed tipprepara għall-aħħar prova qabel il-finali tal-lejla

Dalgħodu Michela tinsab għaddejja bl-aħħar preparamenti biex illejla tirrappreżenta lil Malta fil-finali tal-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv.

Iktar tard illum, qabel titla’ fuq il-palk għall-esebizzjoni tal-lejla quddiem miljuni ta’ telespettaturi, Michela se jkollha ċans tagħmel l-aħħar prova.

Ilbieraħ intemmet il-votazzjoni tal-ġurija, li se tammonta għal 50% tal-vot finali. Il-50% tal-voti l-oħra se jingħataw illejla bit-televoting tal-pubbliku minn 41 pajjiż li pparteċipaw matul iż-żewġ serati tas-semifinali.

Illejla Michela se tkun qed tkanta fl-ewwel post minn fost 26 pajjiż waqt xandira diretta fid-9.00pm fuq TVM u tvm.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar