Mużika
Michela tista’ tidħol meta trid fis-siti ta’ Heritage Malta b’xejn

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom.

Fit-tieni attività organizzata mill-PBS u Heritage Malta fi spazju ta’ 3 ijiem matul il-btajjel tal-Għid, kienu bosta studenti li ħatfu din l-opportunità li jżuru dan is-sit storiku bla ħlas, kif ukoll jiltaqgħu u jieħdu ritratti mar-rappreżentanta Maltija fil-Eurovision ta’ din is-sena.

Fi tmiem l-attività, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit ippreżenta Lifetime Membership Card ta’ Heritage Malta lil Michela biex tkun tista’ tużaha fis-siti kollha bla ħlas.

Barra minn hekk, Michela se tqassam Lifetime Membership Card ta’ Heritage Malta lill-kantanti rappreżentanti tal-40 pajjiż ieħor parteċipant fil-Eurovision ta’ Iżrael biex ikunu jistgħu jżuru s-siti storiċi Maltin ta’ din l-aġenzija bla ħlas ukoll.

Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision f’Iżrael ix-xahar id-dieħel.  Hija se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi-finali bil-kanzunetta Chameleon.

 

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: L-istudenti jiltaqgħu ma’ Michela fil-Ġgantija

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar