Lokali
Michelle Muscat se tgħum 12-il kilometru mill-Qawra sal-Għadira

Is-sinjura Michelle Muscat se terġa’ tagħmel l-għawm tagħha li din id-darba ser tkun ta’ 12-il kilometru mill-Qawra sal-Għadira fejn ser isiru attivitajiet kumplimentari biex jinġabru fondi għall-inizjattivi filantropiċi tal-Fondazzjoni Marigold. Waqt li tħabbru d-dettalji tal-attivitajiet li ser isiru fis-7 ta’ Lulju, is-sinjura Muscat qalet li din saret sfida personali li tagħmilha minn qalbha għal kawżi ġusti.

Rock to rock. Hekk jisimha r-raba’ sfida tal-għawm li se tagħmel is-sinjura Michelle Muscat. Din is-sena se tgħum tnax-il kilometru mill-ponta tal-Qawra sal-Għadira.

F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw id-dettalji tal-għawma li se tagħmel fis-7 ta Lulju, s-sinjura Muscat qalet li din l-għawma hija impenn li jitlob is-sagrifiċċju imma li tagħmlu minn qalbha.

Michelle Muscat stqarret li “hija sfida li prattikament ma nieqaf qatt, jiġifieri mill-għawma ta’ kull sena nibqa’ għaddejja sena sħiħa, commitment speċjalment fix-xhur tax-xitwa li tinżel tgħum fil-kesħa, fix-xita, fir-riħ, imma li bħala persuna nħossni li qed nagħti xi ħaġa personali lill-Fondazzjoni Marigold li tagħmel ħafna u ħafna ġid speċjalment meta tgħin lil NGOs differenti li ovvjament huma ma jkunux jistgħu jagħmlu ċertu tip ta’ fundraising u li għandhom bżonn ta’ ċertu għajnuniet.”

Anna Calleja, li tgħin lil Michelle Muscat fit-taħriġ, qalet li t-tħejjijiet ilhom sena għaddejjin. Sostniet li s-sinjura Muscat għandha l-istamina meħtieġa għal din l-isfida imma saħqet li mhix faċli.

Iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Sigmund Mifsud, spjega li dakinhar tas-7 ta’ Lulju, fil-bajja tal-Għadira, se jkun hemm kunċert rock li se jibda madwar nofs siegħa qabel tasal Michelle Muscat. Il-kantant Ivan Grech qal li fil-kunċert se jieħdu sehem diversi kantanti lokali tar-rock u huwa miftuħ għal kulħadd.

Is-Segretarja Eżekuttiva tal-Fondazzjoni Marigold, Jennifer Xuereb, qalet li se jkun hemm party il-Blue Beach Resort l-Għadira bid-dħul minnu jmur għall-Fondazzjoni Marigold.

Is-sinjura Michelle Muscat qalet li l-flus li se jinġabru minn dawn l-attivitajiet marbuta mal-għawm se jmorru biex il-Fondazzjoni Marigold ittella’ 50 atleta l-ispecial olympics li se jsiru f’Abu Dhabi u biex jiġu mgħejjuna għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu ma’ persuni b’mard rari u fil-qasam tas-saħħa mentali.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li mill-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant l-aktar ħaġa xokkanti hi kif xi ħadd b’mod deliberat u ppjanat iffalsifika dokumenti bil-għan li jagħmel…

Politika Lokali

F’ittra lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil m’għadhiex tenibbli wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant. Hija qalet li, il-pożizzjoni ta’…

Lokali

Occupy Justice u Awturi qalu li jinsabu tassew iddispjaċuti jaraw l-alleanza politika bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tikkonsolida ruħha biex tinħeba l-verità u titbiegħed il-ġustizzja. Fi stqarrija, qalu li hu dmir…

Lokali

Il-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li l-pubbliku Malti ma jistax sempliċiment jaċċetta l-fatt li qatt ma jkun jaf għal min twaqqfet il-kumpanija Egrant. F’dikjarazzjoni lill-midja, il-familja Caruana Galizia qalet…

Aktar