Saħħa
Michelle Muscat tħeġġeġ lin-Nazzjonijiet Magħquda xxerred l-għarfien dwar il-mard rari

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold u l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari Michelle Muscat appellat lin-Nazzjonijiet Magħquda biex tħeġġeġ lil kull pajjiż ikollu strateġija ħolistika li tgħin lill-pazjenti li jbatu bil-mard rari u lill-familji tagħhom.

Is-Sinjura Muscat qalet dan meta kienet qed tindirizza laqgħa tal-kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Kwartieri Ġenearli fi New York, l-Istati Uniti.  Mart il-Prim Ministru bagħtet messaġġ irrekordjat lin-Nazzjonijiet Magħquda bil-għan li l-mard rari jingħata dimensjoni internazzjonali u l-importanza mistħoqqa kullimkien.

Hija enfasizzat li bħala Chairperson ta’ NGO f’pajjiż żgħir, il-politiċi għandhom jgħarfu l-ħtiġijiet tal-pazjenti li għandhom kundizzjonijiet rari u jagħtuhom vuċi u tama għal futur isbaħ.

Ara wkoll:

Tevita ċertu ikel biex ma tixgħelx l-infjammazzjoni fil-muskoli ta’ ġisimha

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar