Lokali
AĠĠORNAT: Michelle Muscat rikonoxxuta għall-ħidma volontarja dwar l-awtiżmu u l-mard rari

L-organizzazzjoni Celebrating Women International tat rikonoxximent għax-xogħol li qed twettaq mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat, permezz tal-Fondazzjoni Marigold. F’ċerimonja li saret fil-Bahamas, is-Sinjura Muscat ingħatat dan ir-rikonoxximent għax-xogħol filantropiku u politiku, flimkien ma’ 15-il personalità barranija oħra minn pajjiżi tal-Commonwealth li ġew onorati fl-oqsma tan-negozju, il-filantropija, u l-politika.

Dan l-unur ingħata lis-Sinjura Muscat wara li lokalment kienet għadha kif ġiet onorata bil-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2017 f’serata li tittella’ mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Il-premju ngħata lis-Sinjura Muscat għax-xogħol volontarju li twettaq f’isem il-Fondazzjoni Marigold u l-Alleanza Nazzjonali dwar il-Mard Rari.

F’kummenti ma’ tvm.com.mt, is-Sinjura Muscat qalet li l-għan tal-ħidma tagħha huwa li tagħti vuċi lill-għaqdiet mhux governattivi żgħar biex iqajmu iktar kuxjenza, bħalma ġara fil-każ tal-awtiżmu u l-mard rari.

“Aħna bħala Marigold mhux biss empatizzajna man-nies għax tista’ inti tempatizza man-nies u toqgħod titħassarhom, imma xtaqna li nagħmlu xi ħaġa biex nissapportjaw lin-nies. Għalhekk waqqafna l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari li tgħaqqad fiha mhux biss il-pazjenti, imma tgħaqqad fiha l-Università ta’ Malta fejn issir ħafna riċerka, kif ukoll entitajiet oħrajn, biex flimkien nitkellmu b’vuċi waħda anke fuq pjattaforma Ewropea u internazzjonali.”

Is-Sinjura Muscat bi ħsiebha tkompli tħabrek biex il-ħidma volontarja tissarraf f’kontribut pożittiv u sservi ta’ ispirazzjoni għal oħrajn. Hija appellat lill-NGOs żgħar biex min jixtieq iwettaq proġetti għall-ġid għas-soċjetà jista’ jikkuntattja lill-Fondazzjoni Marigold biex tgħin fl-inizjattivi meħtieġa li jagħtu ħajja aħjar lin-nies fil-bżonn.

 

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-villa barokka tas-seklu 18, li tinsab fil-qalba ta’ Ħ’Attard, ingħatat protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-palazz, li għandu importanza storika u arkitettonika kien inbena mill-familja Barbaro u kien jintuża kemm bħala residenza…

Sport

L-ex plejer internazzjonali Malti Carmel Busuttil bħalissa għandu iktar f’moħħu li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ iktar milli huwa interessat fit-tim nazzjonali. Meta kien qed jiġi ntervistat fil-programm TVMi Insights,…

Ikel

Din hija mistoqsija li minn dejjem saret u qatt ma kien hemm tweġiba konkreta.  Iżda skont riċerka ġdida, instab mezz mill-Awstraljani li jista’ wassall persuna biex tonqos ħames darbiet iktar minn…

Infrastruttura

Il-maltemp li għamel fil-jiem li għaddew kien ta’ detriment għal bosta li riedu jgħaddu minn ċerti toroq fl-ibliet u l-irħula Maltin. Bosta toroq spiċċaw mgħarrqa, filwaqt li oħrajn żammew l-ilma…

Aktar