Qorti
Miċħud il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li ma ddikjarax kollox meta wasal Malta

Raġel ta’ 51 sena ġie mixli li ma ddikkjarax mad-Dwana €35,000fi flus kontanti li kellu mal-wasla tiegħu f’Malta mit-Tuneżija.

Il-Libjan Mustafa M Abdalla Ben Khalifa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. L-Avukat Arthur Azzopardi talab li l-Libjan ma jinżammx arrestat. L-Ispetturi Lianne Bonello u Nicholas Vella oġġezzjonaw.

Il-Maġistrat Camilleri ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Jidher li d-deċiżjoni tal-Qorti ma niżlitx tajjeb mad-difiża. Barra l-awla, l-Avukat Azzopardi argumenta mal-Ispettur Vella għax skont hu, qatt ma kienet li persuna li fi kliemu hu ta’ ċertu kalibru, jispiċċa l-ħabs fuq każ bhal dan u li ma kellux għalxiex joġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar