Qorti
Miċħuda l-eċċezzjonijiet tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima ċaħdet 118-il eċċezzjoni preliminari kollha magħmula mill-avukati difensuri tat-tliet irġiel akkużati li wettqu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-aħwa Alfred u George Degiorgio Alfred flimkien ma’ Vincent Muscat.

Fost l-eċċezzjonijiet saru diversi argumenti fuq tneħħija ta’ provi bħal telefonati, emails u kuntatti oħra li skont l-akkużati m’għandhomx ikunu ta’ prova fil-ġuri.

L-akkużati qalu wkoll li xi esperti ma humiex ikkwalifikati biex jagħtu il-fehma taghhom, bil-Qorti tgħid li dan irid jiġi determinat mill-provi li jitressqu quddiem min hu msejjaħ biex jiġġudika l-każ tat-tliet akkużati.