Qorti
Miċħud il-ħelsien mill-arrest tal-ġuvni li tajjar anzjan f’hit-and-run

Iż-żagħżugħ li ġimgħa ilu allegament tajjar bil-karozza anzjan f’Ħal Qormi u baqa’ sejjer ġie mixli b’sensiela ta’ reati dwar il-każ.

Anees Badroush, Libjan ta’ 29 sena li m’għandux indirizz fiss f’Malta, ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi lil anzjan ta’ 69 sena, li kissirlu n-nuċċali u l-hearing aid u li baqa’ sejjer wara li tajru. Hu ġie akkużat ukoll b’sewqan perikoluż u traskurat, li ma waqafx meta t-traffic lights kienu ħomor, li ma kellux liċenzja tas-sewqan u lanqas polza ta’ assigurazzjoni, u li sar riċediv.

Fil-Qorti, l-Ispettur Alfredo Mangion spjega li Badroush arrestat wara mill-investigazzjoni irrizulta li l-karozza tal-kiri li kien qed juza kellha ħsarat kompatibbli mal-inċident.

L-akkużat wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar