Qorti
Miċħuda mill-Qorti t-talba tal-aħwa Degiorgio – li jiltaqgħu ma’ Casa u Gomes

Il-Qorti ma laqgħetx talba li saret minn żewġt irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex jiltaqgħu mal-Ewroparlamentari Ana Gomes u David Casa fil-preżenza ta’ media barranija.

It-talba saret mill-aħwa Alfred u George Degiorgio. L-Ewroparlamentari mill-ewwel qalu li ma aċċettawx din l-istedina.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit irrifjutat it-talba.