Lokali
Miċħuda t-talba ta’ ħelsien mill-arrest tat-3 persuni akkużati b’rabta mal-każ tal-bomba fil-Fgura

Tliet irġiel, Paul Farrugia mix-Xgħajra, Jonathan Farrugia minn Birzebbuġa u Lorenzo Callus mill-Qrendi li jinsabu mixlija bl-attentat ta’ qtil  ta’ Mario Scicluna u Elaine Galdes baqgħu arrestati wara li l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Huma qed jiġu mixlija li fl-4 ta’ Jannar poġġew bomba taħt il-karozza ta’ Scicluna, fil-Fgura li iżda ma ħaditx.

Callus qed ikun akkużat ukoll li kien qed iġorr arma mingħajr liċenzja u li kien fil-pussess ta’ droga.

Jonathan Farrugia qed ikun akkużat ukoll bi traffikar tad-droga filwaqt li Paul Farrugia qed ikun akkużat separatament li kien fil-pussess ta’ ammont kbir ta’ sigaretti tal-kuntrabandu.

Minkejja li l-avukati tal-akkużati talbu l-ħelsien mill-arrest, il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li r-reat huwa serju u anke minħabba l-kondotta tagħhom.