Lokali
Miċħuda talba oħra għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet akkużati bid-delitt ta’ Caruana Galizia

Il-Qorti ċaħdet talba oħra għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet akkużati bid-delitt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. It-talbiet għall-ħelsien mill-arrest saru ‘l ġimgħa l-oħra quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. L-aħwa Alfred u George Degiorgio flimkien ma’ Vince Muscat, ilhom arrestati mill-4 ta’ Diċembru li għadda. Talba oħra għall-ħelsien mill-arrest li saret f’April li għadda wkoll ġiet miċħuda mill-Maġistrat Stafrace Zammit, li diġà ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex it-tliet akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

Meta reġgħet ċaħdet talba oħra għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li t-tliet akkużati xellfu difrejhom mal-ġustizzja diversi drabi u f’każ serju bħal dan li qed jiffaċċjaw, mhux se jaħsbuha darbtejn biex ladarba jkunu ħielsa mill-arrest, biex jaħarbu mill-pajjiż. Il-Maġistrat Stafrace Zammit esprimiet it-tħassib tagħha għall-każ li t-tliet akkużati huma mixlija bih, għax il-qtil tas-sinjura Caruana Galizia jixbah ħafna każ ta’ eżekuzzjoni tal-Mafja u l-Qorti hija fid-dmir li tipproteġi wkoll lis-soċjetà mit-tħassib li jista’ jinħoloq jekk taċċetta din it-talba għall-helsien proviżorju.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar