Lokali
Microsoft iżżomm iċ-ċentru f’Malta – Maltin b’diversi proġetti teknoloġiċi

L-esperjenza tal-Microsoft Innovation Centre f’Malta fl-aħħar ħames snin ġiet meqjusa bħala storja ta’ suċċess, tant li minkejja li il-kumpanija tat-teknoloġija żammet biss kwart taċ-ċentri li għandha madwar id-dinja fl-aħħar xhur żammet lil Malta fost dawk li baqgħu joperaw. F’dan iċ-ċentru ġew żviluppati ideat li llum inbidlu f’kumpanija li qed jimpjegaw diversi persuni u attiraw investiment barrani fihom.

Tliet snin ilu, Neil Baldacchino beda jiżviluppa kunċett teknoloġiku mid-dar. B’investiment ta’ €1,000, huwa uża l-pjattaforma li joffri l-Microsoft Innovation Centre, li fost oħrajn għenitu biex juża software b’xejn li kieku kien jiswiħ ħafna flus u jagħmilha diffiċli biex jibda. Illum, Neil qed jiżviluppa fost oħrajn sistemi teknoloġiċi li jagħmluha faċli għal individwi u kumpaniji li jixtiequ li jkollhom preżenza fuq l-internet iżda m’għandhomx il-ħiliet biex jagħmlu dan.

Neil Baldacchino qal ”biex tiftaħ ħanut online, ikollok screen, timla’ affarijiet trivjali bħall-isem u tixgħel ċertu switches u tagħfas buttuna u f’minuta jiġi kreat ħanut ġdid.”

Neil qed iħares ukoll lejn il-futur tat-teknoloġija, fosthom billi b’mod virtwali jagħti l-ħajja lill-karta, fejn in-nies jistgħu jinteraġixxu u jsiru jafu aktar dwar prodott. Issa li żviluppa l-kunċett, Neil qed iħares biex is-sena d-dieħla jżid l-għadd ta’ impjegati minn 4 għal 10 persuni.

F’kamra oħra sibna lil Frankie Inguanez u Robert Abela li flimkien ma’ żewġ persuni oħra, is-sena l-oħra, ukoll bdew jaħdmu fuq proġett teknoloġiku u llum qed iħarsu biex ikabbru s-servizz tagħhom u jattiraw investiment. Qalu li Microsoft għenithom jgħelbu sfidi li jsibu ma’ wiċċhom kumpaniji li jkunu għadhom jibdew.

Frankie Inguanez qal ”waħda mid-diffikulatjiet li rajna hi kif tattira klijentela. Peress li tkun kumpanija żgħira ma jkollokx kredenzjali u esperjenza biex jafdaw fik. Microsoft hi opportunità tajba għax hi brand b’saħħitha u ttik fiduċja biex in-nies jafdaw fik.”

Dawn huma tnejn fost aktar minn 150 startup li fl-aħħar ħames snin irrikorrew fil-Microsoft Innovation Centre fi Skyparks. Mary Downing, li tmexxi ċ-ċentru, qalet li Malta kienet storja ta’ suċċess, tant li l-kumpanija tat-teknoloġija żammet lil Malta fost 32 ċentru li għadhom joperaw madwar id-dinja, wara li fl-aħħar xhur din waqfet aktar minn 70 ċentru li kellha. Qalet li issa, l-istartups lokali jistgħu jibbenefikaw minn programm ġdid.

Id-Direttur ta’ Microsoft Innovation Centre Malta, Mary Downing  qalet ”in the past, the Bizpark programme used its innovation centre for 3 years to no charge and use of cloud and office 365 for all members of their team. That is still ongoing but now we are launching that they will be coming official startup partners and open doors and introduce to Microsoft partners.”

Is-Sinjura Downing qalet li fost l-ideat li ġew żviluppati fl-aħħar snin kien hemm dawk relatati ma’ apps tal-mużika, taħriġ teknoloġiku, u tagħlim assistit.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel minn Tal-Pietà weħel multa talli xerred filmat pornografiku li fih kien hemm l-eks sieħba tiegħu. John Ebejer ta’ 37 sena ġie akkużat li xerred il-filmat onlajn li juri lilu…

Kunsilli Lokali

Fi preżentazzjoni lill-Kunsilli lokali tqassmet l-allokazzjoni finanzjarja għal 2019. B’kollox bejniethom il-Kunsilli se jirċievu €53 miljun, €7 miljun iktar mis-sena 2018. Is-Segretraju Parlamentari Silvio Parnis appella lill-Kunsilli biex jużaw il-fondi…

Għawdex

L-attività li t-tfal ġibdu l-Arċipriet taż-Żebbuġ Għawdex f’karozza qajmet reazzjonijiet varji b’uħud jaqblu u oħrajn le. Nhar il-Ħadd li għadda l-Kanonku Ġwann Sultana ħa l-pussess tiegħu. Matul il-pussess l-Arċipriet kien…

Aktar