Lokali
Miet l-ekonomista Karm Farrugia

Tħabbret il-mewt tal-ekonomista Karm Farrugia, fl-età ta’ 87 sena. Farrugia miet nhar it-2 ta’ Novembru, u ngħata l-aħħar tislima jumejn wara.

Farrugia huwa wiċċ magħruf, hekk kif għal snin twal ta sehemu fil-midja lokali fuq is-suġġetti tal-finanzi, l-ekonomija u n-negozji.

Imwieled Bormla, huwa studja l-ekonomija u x-xjenzi politiċi fil-London University, u kkwalifika wkoll bħala accountant u awditur.

Fost il-karigi li okkupa, kien hemm dawk ta’ lettur fl-Università, deputat gvernatur tal-Bank Ċentrali u direttur tal-Malta Shipbuilding.

 

Aħbarijiet Oħra

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-8am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u…

Żewġ anzjani minn żewġ residenzi tal-anzjani separati huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’Malta. Dan ġie kkonfermat minn stqarrija ministerjali fejn intqal li l-vittmi huma anzjan ta’ 91 sena li nstab pożittiv…

Wara li l-bieraħ l-MUT iddikjarat li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha. Immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali…

Dalgħodu, il-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei ġie fil-bżonn ta’ 73 borża demm O positive. Dan ifisser li l-Bank jinsab fi kriżi b’nuqqas serju ta’ dan it-tip ta’ demm u għalhekk jekk…

Aktar