Miet l-eks Deputat Nazzjonalista Louis Refalo

Tħabbret il-mewt tal-eks Deputat Nazzjonalista Louis Refalo fl-età ta’ 69 sena.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Refalo se jibqa’ mfakkar bħala ġentlom u umli li dejjem kien lest li jagħti servizz lill-poplu bi tbissima. Qal li huwa ħadem bla heda għall-aħjar interessi ta’ Għawdex u tal-Għawdxin.

Louis Refalo serva bħala Deputat tal-PN fil-Parlament bejn l-1981 u l-1996 u mexa fuq il-passi ta’ missieru Carmelo Refalo li wkoll kien Deputat tal-PN. Louis Refalo kien ukoll Direttur fis-Sea Malta u fil-Freeport.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar