Kurżitajiet
Miet u reġa’ rxoxta – jgħid li skonta s-sentenza ta’ għomor ħabs

Benjamin Schreiber, priġunier f’Iowa qed jappella biex jinħeles mill-ħabs wara li skontu, skonta sentenza ta’ għomor ħabs.

Schreiber kien marid serjament u ttieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ddikjarat klinikament mejjet għal mument iżda reġa’ rxoxta bl-interventi tat-tobba.

Il-qrati ma jridux jilqgħu t-talba tal-priġunier li qed jgħid li qed jinżamm arrestat kontra l-liġi.

Schreiber kien laqqat għomor il-ħabs fuq qtil fl-1997. F’Marzu tal-2015, huwa marad serjament bil-kliewi.