Barranin
Miet wara li salva lill-ħabiba tiegħu waqt btala f’Bali

Ġest li għamel DJ Awstraljan, li mar jgħin lil ħabiba tiegħu meta ndarbet wara li waqgħet, spiċċa sewa l-ħajja tiegħu.

Adam Sky miet traġikament waqt li kien għal btala fil-gżira Indoneżjana ta’ Bali.  Ir-raġel li għandu 42 sena weġġa’ gravi waqt li pprova jgħin ħabiba tiegħu li sofriet minn diversi ġrieħi.

Id-DJ Awstraljan kisser bieb tal-ħġieġ biex jgħaddi minnu ħalli jsalva lill-ħabiba tiegħu li kienet waqgħet diversi metri minn terrazz privat..  Il-mara salvat u ttieħdet l-isptar, filwaqt li Adam Sky baqa’ ġarrab diversi ġrieħi u tilef ħafna demm bil-konsegwenza li miet.

Stqarrija fuq il-profil ta’ Facebook tad-DJ ikkonfermat l-aħbar tal-mewt ta’ Adam Sky, filwaqt li minnufih bdew jinkitbu l-messaġġi ta’ kondoljanzi u sogħba għat-telfa tiegħu.

Ismu propju huwa Adam Neat u kien fost l-iktar tliet DJ’s popolari f’Asja s-sena li għaddiet.  Ir-rivista Asjatika Juice iddeskrivietu bħala stilla promettenti u ħadem ma’ diversi artisti famużi bħal Fat Boy Slim, David Guetta u The Scissor Sisters.

Fost l-iktar kanzunetti li kienu popolari fid-diskoteki hemm Illogical, Larynx u Kreatine.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar