Qorti
Mietet tgħin lil binha li waqfitlu l-karozza meta ntlaqtet minn sewwieq xurban

Emerson Vella nstab ħati b’sewqan traskurat fi Triq Dun Karm f’Birkirkara f’każ li kien deskritt bħala sfortunat mill-Maġistrat Joseph Mifsud, il-Qorti semgħet kif minn test tal-breathalyser li sar fuq l-imputat irriżulta li l-imputat kien ikkonsma ammonti ogħla mill-livelli ta’ alkoħol permessibbli.

Il-każ kien seħħ fid-9 ta’ Marzu tal-2015 għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu, meta l-vettura misjuqa minn Vella daħlet ġewwa vettura oħra li kienet ipparkjata. Mad-daqqa, Fenech li kienet biswit il-vettura spiċċat mal-art.

Minn investigazzjonijiet irriżulta li Catherine Fenech kienet marret tassisti lil binha Ishmael, li kien għadu kif waqaf bil-vettura tiegħu fi Triq Dun Karm minħabba x-xita.

Hija ttieħdet l-isptar għall-kura fejn instabet li kienet fil-periklu li titlef ħajjitha, u eventwalment mietet sentejn wara minħabba l-ġrieħi li ġarrbet fl-inċident.

Emerson Vella ttieħed l-għassa tal-Imsida fejn aċċetta li jitteħidlu t-test tan-nifs u rriżulta li kien pożittiv għall-alkohol.

Huwa kellu l-liċenzja tiegħu skwalifikata għal sena u kien ordnat iħallas multa ta’ €3,000 flimkien mal-ispejjeż tal-Qorti.

Għall-imputat deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar