Kurżitajiet
Mietu wara li ħabtu f’xulxin fl-ajru

Tliet Awstraljani tilfu ħajjithom wara li ħabtu f’xulxin waqt li kienu qed jipprattikaw l-iskydiving.

L-inċident imur lura għall-2017 meta Toby Turner, Kerri Pike u Peter Dawson qabżu minn fuq ajruplan f’North Queensland.

L-investigazzjonijiet issa kkonfermaw li l-parachute ta’ Toby Turner infetaħ qabel il-waqt b’riżultat li Turner spiċċa ħabat ma’ Kerri Pike u Peter Dawson li kienu marbutin flimkien waqt l-attività sportiva.

Skont l-investigaturi, Turner, li kien skydiver professjonali, ma kkalkulax tajjeb u għamel użu minn parachute li kien kbir wisq filwaqt li għamel li għamel b’kumbinazzjoni l-għaliex kien għad fadal post vojt fuq l-ajruplan.

L-esperti qed iħeġġu lill-komunità ta’ skydivers biex ma jissugrawx mat-tagħmir u jimxu skont il-proċeduri normali.

Turner, Pike u Dawson instabu bla ħajja fi triq residenzjali madwar kilometru minn fejn kellhom jinżlu.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar