Qorti
Miftuħ mill-ġdid każ ta’ priġunier li ħebb għal priġunier ieħor

Priġunier li qed iservi għomru l-ħabs, u li dabbar 7 snin oħra ħabsa talli fera gravi priġunier ieħor, se jara l-każ tiegħu dwar dan il-feriment jerġa’ jinstema mill-ġdid.

Il-każ seħħ meta David Norbert Schembri ħebb għal priġunier ieħor fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u ħanxarlu għajnejh b’xafra marbuta bit-tape ma’ lighter tas-sigaretti. Schembri kien insista li għamel dan biex jiddefendi lilu nnifsu.

F’appell mis-sentenza, l-avukati ta’ Schembri insistew li l-Qorti tal-Maġistrati applikat ħażin artiklu fil-liġi dwar kif tingħata sentenza lill-persuna li diġà jkun il-ħabs.

L-imħallef Consuelo Scerri Herrera osservat dan l-iżball u reġgħet bagħtet il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar