Mużika
Miftuħa l-applikazzjonijiet għal Songcraft

Songcraft, proġett li jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Aġenżija Żgħażagħ reġa’ lura wara l-proġett pilota fl-2019 fejn ta opportunità lil kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena.

Il-kantawturi magħżula se ikollhom esperjenza ta’ mentorship ma’ tliet esponenti ewlenin tax-xena tal-mużika lokali, li huma Alison Galea, Alexandra Alden, u Matthew James, bl-għan ewlieni li jkomplu jtejjbu t-talenti tagħhom u jimxu dejjem aktar lejn livell professjonali fil-karriera tagħhom.

Fl-istess waqt, il-parteċipanti se jitħarrġu fil-parti kreattiva tal-ħolqien u eżekuzzjoni ta’ mużika ġdida u l-modi differenti ta’ kif il-mużika tagħhom tista’ titwassal għand udjenzi potenzjali tagħhom.

Dan il-proċess jilħaq il-kulminazzjoni tiegħu b’avveniment finali li jinvolvi kunċert bl-għan li jesponi t-talent ta’ dawn iż-żgħażagħ b’materjal mużikali ġdid li se jkunu qed joffru dawn il-kantawturi.

Dawk interessati għandhom jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom sa nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2020 sa nofsinhar u għal aktar tagħrif wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq [email protected] jew iżur www.kreattivita.org/songcraft2020.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar