Miftuħa wirja b’100 oġġett dwar l-istorja ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ uffiċċjalment il-passaġġi l-iktar importanti fl-istorja ta’ Malta u l-poplu tagħha li huma ddokumentati b’wirja ta’ tifkiriet uniċi li qed tittella fil-mużew tal-arkeoloġija fl-okkażżjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarji nazzjonali li ser jitfakkru din is-sena.

Mitt oġġett qed jirrapreżentaw mumenti partikulari fil-mixja storika tal-pajjiż li fil-wirja tibda bil-formazzjoni ġeoloġika, ‘il fuq 30 miljun sena ilu u tasal sal-2004 meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.

L-oġġetti għall-wiri jagħmlu parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta, oħrajn gew mislufin mill-Bank Ċentrali; l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; l-uffiċċju tal-ispeaker; il-Bibjoteka Nazzjonali u mill-Universita’ ta’ Malta.

Il-viżitaturi se jiltaqgħu’ wiċċ imb’wiċċ mal-istorja permezz ta’ pitturi; fdalijiet arkitettoniċi; muniti tad-deheb; dokumenti u diversi oġġetti oħra li uħud minnhom huma esebiti għall-ewwel darba.

Il-kuratur ewlieni ta’ Heritage Malta Godwin Vella qal li iktar milli għall-valur jew għas-sbuħija tagħhom, il-mitt oġġett għall-wiri jirrapreżentaw bl-aħjar mod l-istorja ta’ Malta.

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar tas-sena d-dieħla.

Kif jagħdu l-100 oġġett, il-viżitatur se jidħol f’wirja oħra ddedikata għal anniversarju li l-pajjiż qed ifakkar din is-sena. L-ewwel wirja se tkun dedikata lil Jum il-Ħelsien.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar