Migrazzjoni: Muscat fl-aħħar qiegħed jitkellem politikament, tgħid AD



F’kumment dwar it-tieni traġedja umana fi ftit jiem fil-Mediterran, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola qal: “Wara li ra mill-qrib u b’mod ċar u dirett xi tfisser il-mewt ta’ immigranti, il-Prim Ministru ġie f’tiegħu u, minflok qagħad jagħmilha tal-macho b’mod populist, bħal ma għamel s’issa, fl-aħħar qed jitkellem b’mod politiku, kif jixraq. ‘M’hemmx lok għal aktar kliem,’ qal. ‘Jeħtieġ li jinbidlu r-regoli tal-Konvenzjoni ta’ Dublin II.’. Prosit, Prim Ministru Muscat. Imma għalik ukoll issa żmien il-kliem spiċċa.

L-AD qalu “Aħna l-Greens ilna żmien li pperswadejna lill-familja tal-Ħodor Ewropej li Dublin trid tinbiel. Issa agħmel bħalna, Prim Ministru Muscat u kkonvinci lill-għaxar Prim Ministri Soċjalisti biex jivvutaw unanimament biex tinbidel Dublin II.”
Il-Kelliem ghall-Politika Socjali, Robert Callus, qal: “Huwa żgur pass ‘l quddiem li hemm qbil bejn il-partiti politiċi kollha li l-ħajja tan-nies u d-drittijiet tal-bniedem huma priorita.  Minflok l-atmosfera mimlija tensjoni li ħoloq Muscat meta lagħab il-logħba tal-push backs illegali, illum ninsabu f’pożizzjoni aħjar biex ninnegozjaw ma’ sħabna Ewropej b’mod razzjonali biex nimxu lejn solidarjeta’ konkreta, inkluż it-tibdil fir-regoli ta’ Dublin ll biex tindirizza l-problemi li jiffaċċjaw il-pajjiżi li jinsabu mal-fruntieri tal-Ewropa.”

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Aktar