Mijiet arrestati wara rvell waqt protesta f’Leipzig fil-Ġermanja

Il-Pulizija Ġermaniża fil-belt ta’ Leipzig arrestat 211-il persuna partitarji tal-lemin estrem li vvandalizzaw bini u ħarqu karozzi waqt dimostrazzjoni “kontra l-Iżlamizazzjoni.”

L-irvell qam meta eluf ta’ attivisti kienu qed jieħdu sehem fi protesta paċifika. Huma kienu qed iwaħħlu fil-fatt li l-Ġermanja laqgħet rekord ta’ refuġjati għall-vjolenza sesswali kontra n-nisa f’lejlet l-ewwel tas-sena. Uffiċjali qalu li l-aggressuri tal-attakki f’Cologne kienu kollha immigranti.

F’attakki b’ritaljazzjoni nhar il-Ħadd weġġgħu 11-il persuna mill-Pakistan, is-Sirja, u l-Guinea. Il-Gvern ikkundanna dawn l-attakki u sejħilhom mhux skużabbli.

Mal-2,000 partitarju ta’ Legida, il-verżjoni ta’ Leipzig għall-Ewropej Patrijotti Kontra l-Iżlamizazzjoni tal-moviment tal-Punent (Pegida), għamlu protesta nhar it-Tnejn. Huma wasslu r-rabja tagħhom għall-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel fuq il-politika tagħha dwar ir-refuġjati.

Waqt il-protesta, grupp ta’ madwar 250 ruħ mil-lemin estrem hooligans tal-futbol qajmu irvell fid-distrett ta’ Connewitz. Huma kissru twieqi, ħarqu diversi karozzi u kontenituri taż-żibel u waddbu logħob tan-nar li wassal biex ħa n-nar sular ta’ bini.