Barranin
Mijiet ta’ kriminali arrestati minn madwar id-dinja

Aġenziji tas-sigurtà qalu li arrestaw mijiet ta’ kriminali minn madwar id-dinja waqt operazzjoni ta’ tliet snin billi użaw app li ddisinjaw l-FBI. L-FBI, l-Awstralja u New Zealand ilhom mill-2018 jużaw app ANOM sabiex iżommu traċċa tal-kriminalità organizzata.

Din wasslet għal diversi arresti assoċjati mat-traffikar tad-droga fi 18-il pajjiż fl-Asja, fl-Istati Uniti, fl-Amerika Ċentrali, fl-Amerika t’Isfel, fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani.

L-FBI u l-Europol mistennija jippreżentaw il-konklużjonijiet tal-operazzjoni, imlaqqma Operation Ironside aktar tard illum.