Ambjent
Mijiet ta’ tunnellati ta’ skart tal-plastik ser jintbagħat lura mill-Malasja lejn il-pajjiżi minn fejn ġie esportat

Mijiet ta’ tunnellati ta’ skart tal-plastik ser jintbagħat lura mill-Malasja lejn il-pajjiżi minn fejn ġie esportat, bl-awtoritajiet Malasjani jinsistu li l-pajjiż ma jridx iservi ta’ miżbla għad-dinja.

Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera qal li d-deċiżjoni tal-Malasja mhux ser tolqot direttament lil Malta iżda ser tnaqqas suq ieħor tal-iskart u dan saħaq il-Ministru jkompli jżid il-pressjoni biex jiżdied is-seperazzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ.

Sas-sena li għaddiet, il-Malasja kienet id-destinazzjoni ewlenija fejn jiġi esportat l-iskart tal-plastik, wara li ċ-Ċina waqqfet din l-importazzjoni ta’ dan l-iskart perikoluż. Il-Malasja ħabbret ser tibgħat lura madwar 3,000 tunnellata ta’ skart lejn il-pajjiżi minn fejn oriġina dan l-iskart. Il-Ministru tal-Enerġija tal-Malasja tqalet li mas-sittin container importati illegalment ser jintbagħtu lura min fejn ġew.

Dan ser jaffettwa minn tal-inqas 14-il pajjiż fosthom l-Istati Unit, il-Ġappun, Franza, il-Kanada u r-Renju Unit. Iżda skont il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera mhux ser jaffettwa direttament lil Malta, minkejja li fil-passat pajjiżna esporta plastik mhux riċiklabbli lejn l-Asja.

Mistoqsi minn Television Malta, il-Ministru Herrera qal li Malta tesporta l-iskart tal-plastik lejn il-Portugal iżda żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Malasja tkompli tnaqqas l-għażliet tal-esportazzjoni ta’ dan l-materjal li ħadd ma jridu.

Jose’ Herrera qal “il-Malasja was on the books u ġieli esportajna hemm hekk, u kienet post alternattiv fejn wieħed seta’ jesporta. Il-fatt li din issa għalqet il-bibien, setgħet kienet problema għax is-swieq li jimpurtaw l-iskart qed dejjem jonqsu li turi kemm hi kbira il-kwistjoni tal-iskart u kemm huwa importanti li llum qabel għada jkollna l-inċineratur tagħna, il-Waste to Energy Plant.”

F’dan il-kuntest, il-Ministru Herrera saħaq li s-separazzjoni tal-iskart huwa għalhekk importanti għax il-materjal ikun iktar faċli li jiġi esportat.

Jose’ Herrera qal “jekk inti tisseparah l-iskart allura jista’ jiġi riċiklat, u allura ssib swieq – jekk inti l-plastik tisseparah kif ser nagħmel b’din l-iskema li ħabbart milux tal-fliexken – dak il-materjal issib suq għalih għax dak mhux skart, dak huwa riċiklabbli, inti tista’ tużah u ssib swieq.”

Ir-rata ta’ riċiklaġġ f’Malta għadha baxxa u ferm inqas mill-medja Ewropea u ‘l bogħod mill-miri stabiliti għal Malta mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar