Televiżjoni u Radju
Mil-lejla se tibda tixxandar id-drama polizjeska Noli

NOLI hija drama li tiżvolġi f’ambjent polizjesk li mistennija tqanqal l-immaġinazzjoni tat-telespettatur, fejn kull karattru għandu storja x’jirrakkonta.

Bi produzzjoni ta’ Rikordja mill-pinna ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, f’NOLI se jieħdu sehem taħlita ta’ atturi stabbiliti ma’ talent ġdid.

Ħafna atturi se jinbidlu kull tliet episodji, bil-karattri li se jinterpretaw se jeħduna f’kull episodju biex nassistu għal delitt u flimkien naraw x’wassal għal dawn is-sitwazzjoinijiet u għaliex.

Kollox jaf il-bidu tiegħu meta omm waslet tabbanduna t-trankwillità tal-familja tagħha u tingħaqad mal-korp tal-pulizija biex b’xi mod tifhem min wassalha tgħaddi minn dak li għaddewha minnu u għaliex.

Illejla NOLI wara l-bulettin tat-8.00pm fuq TVM.