COVID-19
Mil-lum dawk bejn 12 u 15-il sena jibdew jirċievu stedina biex jieħdu l-vaċċċin

Mil-lum dawk li għandhom bejn 12 u 15-il se jibdew jirċievu l-istedina biex jieħdu l-vaċċin tal-Covid-19.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ħabbar dan fuq il-media soċjali.

Huma se jingħataw il-vaċċin tal-Pfizer wara li f’Mejju li għadda l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) approvat din it-tilqima fost dawk fl-UE li għandhom bejn 12 u 15-il sena.

L-EMA sabet li dawk li għandhom dawn l-etajiet u ngħataw it-tilqima ma kellhom l-ebda mpatt negattiv fuq saħħithom li kien ta’ tħassib.