Lokali
Mil-lum fuq tal-linja ħlas għall-vjaġġ b’kard tal-bank, mobile jew smart watch

Passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja jistgħu iħallsu abbord ix-xarabank b’kard tal-bank, mobile jew smart watch.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li fuq kull waħda mill-400 vettura tal-kumpanija Malta Public Transport hemm magna biex isir il-ħlas b’mod faċli. Żied jgħid li l-pandemija ġabet magħha sfidi biex kemm jista’ jkun jonqsu l-flus fl-idejn u spjega li din l-inizjattiva se tgħin ikompli jintlaħaq dan l-għan fit-tul. Dr Borg qal li b’hekk il-passiġġieri se jiffrankaw il-ħin u l-uġigħ ta’ ras kif se jħallsu l-vjaġġ tagħhom fuq tal-linja.

Il-Ministru għat-Trasport fakkar li l-Gvern qed joffri s-servizz ta’ trasport pubbliku bla ħlas lil madwar 80,000 persuna: bejn żgħażagħ, studenti full time, persuni b’diżabbilita’ u anzjani.