Lokali
Mil-lum jibda jitħallas iċ-child bonus

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ħabbar li mil-lum, is-Sibt 28 ta’ Marzu 2020, se jitħallsu l-pagamenti taċ-child bonus, hekk kif imħabbar fil-baġit għas-sena 2020.

Fi stqarrija ntqal li dan il-bonus ġdid se jkun ikopri t-twelid u l-adozzjonijiet li saru mill-1 ta’ Jannar ‘l hawn. Fl-ewwel proċess kien hemm 345 familja li rċeviet €300 għal kull wild, filwaqt li n-numru ta’ trabi kien ta’ 350, dan ifisser illi kien hemm 5 familji li kellhom tewmin.

Intqal li minn issa ‘l quddiem dawn il-pagamenti ser jibdew isiru ta’ kull ġimgħa għal kull wild ġdid li jkun hemm fil-gimgħa ta’ qabel.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Temp

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li iktar tard idur lejn il-Majjistral, ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-siegħa ta’ għada…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

Solidarjetà

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn….

Aktar