Għawdex
Minn għada jibda jopera r-raba’ vapur tal-Gozo Channel

Minn għada mistenni jerġa’ beda jopera r-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-MV Nikolaos.

Il-vjaġġi b’dan il-vapur kien ilhom weqfin aktar minn xahrejn minħabba l-imxija tal-coronavirus f’pajjiżna.

F’dawn il-ġranet, il-kumpanija Gozo Channel se tibda topera bi skeda ġdida għas-Sajf.

Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dalgħodu fil-port tal-Imġarr Għawdex, ir-raba’ vapur MV Nikolaos wasal lura fil-flotta tal-Gozo Channel.

Fi stqarrija tal-Gvern intqal li fi tmiem il-ġimgħa li għadda, meta l-ġurnata tat-Tnejn kienet ukoll festa, in-numru ta’ Maltin li qasmu bejn Malta u Għawdex kien ta’ ftit aktar minn 35,000 persuna. Fil-ġranet tal-Ġimgħa, is-Sibt, il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta qasmu wkoll ftit aktar minn 14,500 vettura.

Dawn iċ-ċifri jridu jiġu kkunsidrati fid-dawl li t-traġitti bejn iż-żewġ gżejjer kienu kollha turiżmu intern hekk kif l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reġa’ beda jopera mil-lum u allura ma setax ikun hemm turisti.

Dan kollu qed juri kif Għawdex jibqa’ jkun destinazzjoni għall-qalb ħafna għat-turiżmu intern. Intqal li r-ritorn tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-MV Nikolaos, minn għada se jkun qed jgħin sabiex ikun hemm vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer aktar spissi anke meta d-domanda se tkun qed tkompli tikber.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar sejħa għal proġetti kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali li jiffurmaw parti mill-MCESD u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jagħtu kontribut attiv…

Politika

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lbieraħ, dwar ix-xhieda fil-kawża tiegħu dwar il-kuntratt mal-Vitals, kelliem għan-Nexia BT Manuel Castagna, qal li x-xhieda tiegħu fil-qorti kienet li l-kumitat ta’ aġġudikazzjoni li…

Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

Aktar