COVID-19
Mil-lum jista’ japplika għat-tilqima kull min għandu minn 30 sena ‘l fuq

Jekk għandek 30 sena jew iktar mil-lum int ukoll tista’ tapplika biex tieħu t-tilqima għall-Covid-19.

Dan wara li fit-23 t’April kienu nfetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li għandhom minn 40 sena ‘l fuq.

L-applikazzjonijet jistgħu jsiru permezz tas-sit elettroniku vaccin.gov.mt jew billi tibgħat in-numru tal-karta tal-identità b’SMS fuq 99180045 għal Malta u 99180044 għal Għawdex.

Iktar dettalji dwar kif għandek tapplika jinkisbu minn hawn:

Ara kif tista’ tapplika biex tieħu t-tilqima għall-Covid-19