Pulizija
Mil-lum l-għassa ta’ Bormla tinsab f’Baċir Numru 1

Mil-lum l-għassa ta’ Bormla ġiet rilokata temporanjament f’Baċir Numru 1.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-għassa se tkun qed tagħti servizz lill-pubbliku minn biswit l-Università Amerikana.

Ir-rilokazzjoni hija temporanja, sakemm isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fl-għassa attwali.