Edukazzjoni
Mil-lum lanqas il-bniet ma jistgħu jilbsu msielet għall-iskola

Studenti bniet u subien fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern ma jistgħux imorru l-iskola b’imsielet jew studs.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni aġġorna l-policy dwar l-imsielet u l-istuds wara li l-ġimgħa l-oħra, il-ġenituri ta’ tifel ta’ 12-il sena fil-kulleġġ ta’ Għawdex, qalu li binhom qed jiġi ddiskriminat għaliex kuntrarju għall-bniet, mhux jitħalla jilbes l-imsielet l-iskola.

“Għall-ġid anki tal-istudenti nfushom, m’hemmx imsielet u m’hemmx studs għal raġunijiet ta’ saħħa u ta’ sigurtà. M’għandha x’taqsam xejn l-ugwaljanza mal-imsielet u l-istuds, l-ugwaljanza nġibuha bir-rispett u li nitgħallmu ngħixu flimkien,” qal il-Ministru.

Mistoqsi minn TVM dwar l-użu tal-mobile mill-istudenti fl-iskejjel, il-Ministru Bartolo qal li studenti għandhom iħalluh il-mobile fl-uffiċċju tal-Kap u jużawh hemmhekk jekk jeħtieġu jikkomunikaw mal-ġenituri tagħhom.

“Huwa rrakomandat kemm jista’ jkun li waqt il-klassi jew fl-iskola il-mobile phone ma jkunx hemm,” qal il-Ministru.

Żied jgħid li fil-klassi l-istudent għandu jkun iffukat fuq it-tagħlim u mhux fl-użu ta’ tagħmir teknoloġiku bħal mobile.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Ġimgħ’ilu, qisu lbieraħ, ittella’ l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’. U, illejla, ‘X Factor Malta’ jissokta bit-tieni Live Show minn ħamsa. Is-serata se…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li San Ġużepp hu eżempju tajjeb ħafna ta’ difensur tal-ħajja, anke fil-ġuf, u appella biex l-insara jħarsu lejn il-missjoni tagħhom fid-dinja bl-istess sens ta’ dover,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa l-waqt li l-Prim Ministru juri kemm hu kapaċi jieħu d-deċiżjonijet għal governanza tajba. Staqsa x’se jagħmel bil-Ministru Justyne Caruana wara li ġie…

Politika

Ġimgħa wara l-ħatra tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħidma li inbdiet favur governanza tajba u rrefera għal-kumitat li twaqqaf fil-kabinett li se jkun qed…

Aktar