COVID-19
Mil-lum permessi gruppi ta’ sitta fil-pubbliku

Mil-lum 7 ta’ Ġunju qed jidħol fis-seħħ aktar rilaxx ta’ miżuri li kienu ddaħħlu b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19.

Fost il-miżuri rilaxxati hemm dik marbuta mal-ammont ta’ persuni li jkunu barra flimkien.

Fil-fatt, mil-lum se jkunu permessi gruppi ta’ sitta fil-pubbliku u mwejjed ta’ sitt persuni fir-restoranti, ‘snack bars, ‘bars’ u każini.

Il-bars u l-każini se jkunu jistgħu jiftħu sa nofsillejl madankollu l-klijenti jeħtieġ li jkunu biliegħda.

Mil-lum ukoll jinfetħu ċ-ċinemas, it-teatri, l-istabbilimenti tal-‘gaming’ u ‘betting’.

Mis-7 ta’ Ġunju wkoll se jissoktaw il-‘contact sports’ u l-kompetizzjonijiet ta’ sports f’timijiet għal persuni li għandhom aktar minn 17-il sena.

 

Ara wkoll:

 

Mil-lum tista’ tibda tuża l-vawċers tal-Gvern fil-ħwienet