Lokali
Mil-lum se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100

Mil-lum madwar 440,000 persuna li huma residenti f’Malta u għandhom ‘il fuq minn 16-il sena bdew jirċievu l-vouchers ta’ mitt ewro li tħabbru fil-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika biex l-attività kummerċjali tieħu spinta b’madwar €44 miljun li jridu jintefqu fit-tliet xhur li ġejjin.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri qal li l-vouchers qed jintbagħtu bil-posta reġistrata u jinkludu ħames vouchers ta’ €20 ewro ‘l wieħed, b’erbgħa minnhom jistgħu jintużaw f’lukandi, akkomodazzjonijiet, ristoranti, bars u skejjel tad-Diving waqt li l-ħames voucher se jkun jista’ jintuża fi ħwienet li kellhom jgħalqu waqt il-pandemija tal-COVID bħal tal-ħwejjeġ, ġojjellerija, tax-xahar u s-sbuħija, tal-affarijiet tad-dar, każini tal-baned, mużewijiet u clubs tal-isports fost l-oħrajn.

Il-vouchers se jkunu jistgħu jibdew jintużaw minn 24 siegħa wara li jitqassmu.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar