Konsumatur
Mil-lum se nibdew inħallsu inqas għat-telefonati lejn pajjiżi tal-UE

Mil-lum 15 ta’ Mejju, il-prezz fuq it-telefonati u l-messaġġi fl-Istati Membri tal-UE ma jistgħux jaqbżu l-limiti l-ġodda introdotti fi Brussell.

Din hija t-tieni kisba marbuta mal-komunikazzjoni, wara t-tneħħija tat-tariffi tar-roaming, li se tkun qed twassal benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi u n-negozji fl-UE kollha.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ewroparlamentari Maltija Marlene Mizzi, li nnegozjat iż-żewġ leġiżlazzjonijiet dwar it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming u l-introduzzjoni ta’ telefonati internazzjonali orħos fl-Ewropa.

Hija ġiet ikkowtata tgħid fl-istqarrija li llum huwa jum importanti u rebħa kbira għall-konsumaturi Ewropej, kif ukoll għaliha personali, bħala l-MPE Maltija li nnegozjat il-leġiżlazzjonijiet tat-tariffi tar-roaming u tat-telefonati intra-Unjoni.

Wara t-tmiem tat-tariffi tar-roaming f’Ġunju 2017, dawn il-prezzijiet il-ġodda huma parti minn reviżjoni tar-regoli tat-telekomunikazzjoni madwar l-UE kollha bil-għan li negħlbu d-diskrepanzi kbar fil-prezz li jeżistu bejn l-Istati Membri.

Il-prezz standard ta’ telefonata intra-Unjoni minn linja fissa jew bil-mobile jvarja minn tliet darbiet għal għaxar darbiet ogħla mill-prezz standard ta’ telefonata domestika fl-Istati Membri differenti. Din id-diskrepanza issa tneħħiet.

L-operaturi tat-telekomunikazzjoni fl-UE se jkunu marbutin li jinfurmaw lill-konsumaturi b’dawn il-limitazzjonijiet il-ġodda. Ir-regoli se jkunu qed japplikaw fit-28 pajjiż tal-UE mill-15 ta’ Mejju u fiż-żmien li ġej fin-Norveġja, l-Islanda u Leichtenstein.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar