Enerġija
Mil-lum se tapplika darba biss għad-dawl u l-ilma

L-ARMS introduċiet proċedura ġdida li permezz tagħha l-klijenti se jibdew japplikaw f’darba għas-servizzi tad-dawl u l-ilma.

Kelliema għall-ARMS qalet lil TVM li din l-applikazzjoni saret kongjunta biex tiffacilita l-proċess. M’hemmx lanqas bżonn ta’ ‘proof of ownership’, għax l-applikazzjoni fiha din id-dikjarazzjoni.

F’parti mill-applikazzjoni, f’każ li fil-futur qrib il-konsumatur ikun se jmur jgħix fil-post, jista’ jirreġistra n-numru ta’ persuni residenti mill-ewwel fl-istess applikazzjoni.

F’każ li jkun se jdum biex imur jgħix f’din il-propjetà, il-konsumatur ikun irid jimla l-applikazzjoni H aktar ’il quddiem.

Għafas hawn biex tniżżel l-applikazzjoni l-ġdida: Applikazzjoni ġdida għad-dawl u l-ilma