Reliġjon
Mil-lum tibda l-ħidma tal-Isqof emeritu Mario Grech fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku formalment ħatar lill-Isqof Mario Grech bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet minflok il-Kardinal Lorenzo Baldisser li rtira bl-età wara seba’ snin fil-kariga.

Għalkemm il-Papa kien diġà ħabbar din il-ħatra fit-2 ta’ Ottubru li għadda, kien illum f’nofsinhar li saret uffiċjali hekk kif ixxandret fil-bullettin tas-sala stampa tal-Vatikan.

Ix-xogħol ewlieni tas-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet ibbażat fil-Vatikan hu li jmexxi l-ħidma tas-Segreterija Ġenerali, jippresiedi l-laqgħat fin-nuqqas tal-Papa, jikteb l-atti tagħha, jinnomina l-Uffiċjali tas-Segreterija li jiddependu minnu u jikkomunika lill-Papa dak kollu li għandu x’jaqsam mal-attività tas-Segreterija.

Intant, l-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Anton Teuma u l-Arċiprieti u l-Kappillani Għawdxin bagħtu messaġġ ta’ awguri lill-Isqof Grech. Qalu li s-Sinodu hu ġrajja li fiha l-Isqfijiet jinġabru biex jiddiskutu temi importanti għall-ħajja tal-Knisja universali

Aħbarijiet Oħra

L-MUT fi stqarrija qalet li kull deċiżjoni li ttieħdet min-naħa tal-union saret għas-saħħa u s-sigurta tal-istudenti, l-edukaturi u l-familji. F’reazzjoni għall-aħbar li tressaq protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE fid-dawl…

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

Aktar