Artiklu bi ħlas
Mil-lum tista’ tapplika onlajn għall-għajnuna tat-€800

F’dawn l-aħħar jiem, fl-isfond tal-Covid-19, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ skemi bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien straordinarju li lkoll ninsabu fih.

Fost l-iskemi, il-Covid Wage Supplement, li qed toffri sa €800 fix-xahar lil dawk l-impjegati li jaħdmu f’entitajiet li ntlaqtu mill-imxija tal-pandemija.

Fi ftit kliem, min iħaddem se jkun qed japplika għall-impjegati tiegħu, filwaqt li min jaħdem għal rasu għandu japplika kemm għalih kif ukoll għall-impjegati tiegħu f’każ li jħaddem lil xi ħadd. Liema formola, mil-lum tinsab onlajn.

Qabelxejn, jeħtieġ li ddaħħal il-VAT number jew in-NACE code tiegħek, bil-għan li s-sistema tixħtek awtomatikament taħt il-kategorija li tgħodd għalik. U, f’każ li ma taqbilx mal-kategorija, tista’ tapplika xorta waħda għall-kategorija li tħoss li taqa’ taħtha, billi tispjega kif l-imxija tal-Covid-19 affettwat l-operat tiegħek.

B’kollox, żewġ kategoriji. Fuq naħa, dawk il-kumpaniji li ntlaqtu ġmielhom mill-Covid-19 u li għaldaqstant kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom għalissa (Annex A). Fuq naħa oħra, l-għadd ta’ kumpaniji li ntlaqtu b’mod aktar ħafif iżda li xorta waħda jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema (Annex B).

F’kummenti lil tvm.com.mt, il-Malta Enterprise qalet li jekk dak li jkun ma jistax japplika, jista’ jqabbad lill-accountant jew persuna tal-fiduċja tiegħu biex ikun jista’ jimla l-formola f’ismu.

Għal aktar tagħrif, tista’ ċċempel 144, jew tista’ tibgħat email fuq [email protected].

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Aktar