Ekonomija u Finanzi
Mil-lum tista’ tibda tuża l-vawċers tal-Gvern fil-ħwienet

Mil-lum dawk li niżżlu l-vawċers tal-Gvern b’mod diġitali jistgħu jibdew isarrfuhom fil-lukandi, restoranti u ħwienet tal-għażla tagħhom.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, ħabbar li mal-118,000 persuna kienu niżżlu l-vawċers ta’ €100 fil-mobile tagħhom.

L-4 ta’ Ġunju kien l-aħħar jum li fih setgħu jitniżżlu l-vawċers diġitali, u mil-lum se jibdew jintbagħtu l-vawċers bil-posta lil dawk li baqgħu ma niżżluhomx b’mod diġitali.

Ara wkoll:

Mil-lum permessi gruppi ta’ sitta fil-pubbliku