Kurżitajiet
Illum tista’ tikseb munita ġdida li tissarraf f’burger

Illum se jitqassmu iktar minn 6 miljun u 200 elf munita f’50 pajjiż differenti biex jissarrfu f’burger mingħand waħda mill-ikbar kumpaniji multinazzjonali fid-dinja – il-McDonald’s.  F’Malta dawn il-muniti se jitqassmu mill-ħwienet tal-Mc Donald’s tal-Belt u ta’ Ħal Luqa.

Fiċ-ċirkolazzjoni bħalissa hawn ħames muniti kommemorattivi li ħarġu fl-okkażjoni tal-50 sena tal-Big Mac.  Għalkemm m’għandhomx valur monetarju, kull min ikollu din il-munita jista’ jsarrafha f’Big Mac b’xejn fi żmien sena.

Il-Big Mac ġiet ivvintata f’Uniontown, f’Pennsylvania, fl-1967 minn Jim Delligatti, wieħed mill-fundaturi ta’ din il-kumpanija multinazzjonali tal-fast food.  Fl-2007 fetaħ mużew tal-Big Mac f’Pennsylvania fejn hemm l-itwal statwa ta’ din il-burger.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tard dalgħodu nqabad il-ħames qattus mid-dar ta’ Janet Harvey, l-anzjana Ingliża li nstabet mejta fis-sodda tal-appartament tagħha fil-Qawra. Fl-istess appartament mal-mara kien instab ukoll kelb mejjet taħt is-sodda, kif ukoll…

Lokali

Proġett li qed isir mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għandu l-għan li jżid it-tkattir tal-barbaġann fis-selvaġġ. Il-barbaġann huwa tajra tal-priża li sar popolari bħala annimal domestiku, li iżda n-numru tiegħu naqas…

Saħħa

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji. Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’…

Lokali

L-Assocjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) sejħet fi stqarrija lill-awtoritajiet biex jiżguraw li ħaddiema ta’ kuntratturi barranin li qed jaħdmu fuq proġetti ta’ kostruzzjoni f’Malta jkollhom drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema Maltin irrispettivament jekk…

Aktar