Militanti qrib l-ISIS jieħdu f’idejhom università fil-Libja

Militanti leali lejn l-Istat Iżlamiku ħatfu università li tinsab fiċ-ċentru tal-belt Libjana ta’ Sirte, qalu residenti l-Ħamis, jiem wara li xxandar filmat tagħhom waqt parata fil-belt.

Il-militanti Iżlamiċi rnexxielhom jaħtfu partijiet fil-pajjiż, fejn qed jisfruttuaw il-vakum ta’ poter li nħoloq bejn iż-żewġ gvernijiet, dak ta’ Tripli u Tobruk.

“Il-grupp ħa l-kontroll tal-università,” qal resident f’Sirte lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters. Ritratt ippubblikat fuq il-midja soċjali wera l-bandiera tal-Istat Iżlamiku fuq il-bini tal-universià. Huwa żied jgħid li jumejn ilu ħatfu l-kumpless amministrattiv tal-belt u keċċew lill-ħaddiema kollha.

Ir-residenti ta’ Sirte qalu li l-militanti ħadu kontroll ukoll tal-istazzjon tar-radju u ta’ bini ieħor tal-Gvern. Filmat fuq il-midja soċjali wera serbut ta’ karozzi jxejru l-bandiera tal-Istat Iżlamiku fil-belt ta’ Sirte.

Sirte, il-belt fejn twieled l-eks-Mexxej Libjan Muammar Gaddafi, kien f’idejn il-militanti Iżlamiċi ta’ Ansar al-Sharia.

Il-Gvern mhux uffiċjali li qed jikkontrolla Tripli u partijiet oħrajn fil-punent tal-Libja bagħat it-truppi tiegħu lejn Sirte, qalu sorsi qrib l-armata.

Huwa qal li dawn it-truppi intbagħtu mill-kap kmandant fi Tripli biex jibdew jerġgħu jieħdu f’idejhom l-istituzzjonijiet tal-istat f’Sirte.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta’ mwiet fejn f’ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f’Victoria l-ammont ta’ każi żdiedu b’394 u fl-aħħar ġimgħa kienu…

Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

Aktar