Barranin
Militanti tal-Boko Haram jgħabbu ħmar bi splussivi biex jattakkaw lill-gvernatur ta’ Borno
Militanti tal-Boko Haram, li jifformaw parti mill-Istat Iżlamiku użaw ħmar bħala lixka biex jattakkaw u jaslu għall-gvernatur ta’ Borno, Babagana Zulum.
Dan seħħ ilbieraħ meta s-suldati li kienu qed jakkumpanjaw lill-gvernatur Zulum, li kien fi triqtu lura lejn il-belt kapitali Maiduguri minn Baga, lemħu ħmar mgħobbi fit-triq.
Dan qajjem suspett kbir fost is-suldati u għalhekk dawn sparawlu. Mal-isparatura, l-isplussivi ħadu n-nar bil-militanti ħarġu mill-moħba tagħhom biex jisparaw fuq id-delegazzjoni.
Fl-attakk mietu għadd ta’ militani iżda ħadd mid-delegazzjoni ma tilef ħajtu, inluż il-gvernatur.
Dan l-attakk isegwi ieħor li seħħ 3 ijiem ilu ħdejn l-ixmara Chad fejn tilfu ħajjithom 18-il persuna fosthom uffiċjali tal-pulizija.