Saħħa
Miljun każ ġdid kuljum ta’ mard trasmess sesswalment

Skont il-World Health Organisation (WHO), kuljum ifeġġ madwar miljun każ ġdid ta’ mard trasmess sesswalment.

Dan ifisser li f’sena jfaqqsu mat-376 miljun każ ġdid tal-4 infezzjonijiet ewlenin; il-chlamydia, il-pixxikalda (gonorrea), it-trichomoniasis, u s-sifilide.

Minkejja l-avvanzi u t-titjib fid-dinja tal-mediċina, il-WHO qal li fejn jidħol il-mard veneru (trasmess sesswalment), ftit li xejn sar progress biex jiġi kkontrollat it-tixrid.

L-organizzazzjoni qalet li l-figuri jitkellmu waħedhom u hemm bżonn li tittieħed azzjoni urġenti, hekk kif anke l-ftit mediċini li jeżistu biex ifejqu dan il-mard, m’għadhomx daqshekk effettivi.

Rapport tal-WHO jgħid li persuna minn kull 25 għandha minn tal-anqas waħda minn dawn l-infezzjonijiet b’xi wħud ukoll iġorru aktar minn infezzjoni waħda.

Il-marda li nfirxet l-aktar sal-2016 kienet dik tat-trichomoniasis b’156 miljun każ ġdid f’persuni bejn l-etajiet ta’ 15 u 49 sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Blockchain

Erba’ xhur wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li użat is-sistema tal-blockchain fil-ħruġ taċ-ċertifikati għall-istudenti, it-teknoloġija tal-blockchain se tibda tintuża għal kuntratti tal-kirjiet, meta fil-jiem li ġejjin se tkun…

Qorti

Il-Pulizija ressqet il-Qorti żagħżugħ u xlietu li bejn Frar u Mejju wettaq ħames serqiet ta’ flus u ġojjelli minn residenzi fl-Imsida u San Pawl il-Baħar. Aliosha Emnadze, Ġorġjan ta’ 24…

Sajd

Il-fdalijiet tat-tonn li ntlemħu fil-bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet għandhom riħa ta’ attività illegali. Fi stqarrija mibgħuta mill-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura, intqal li dawn il-fdalijiet m’humiex…

Infrastruttura

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bir-regolamenti l-ġodda dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, il-Gvern qed jagħlaq il-ventilaturi biex fi kliemu, il-ħmar ma jwaħħalx f’denbu, u tkun tista’ tintrefa’ responsabbiltà meta tiġġarraf xi…

Aktar