Barranin
Miljun każ ta’ Coronavirus fl-Istati Uniti

L-Istati Uniti kkonfermat li l-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma’ miljun każ ta’ Coronavirus, liema ammont huwa terz tal-każijiet li feġġew madwar id-dinja kollha.

Il-Covid-19 ħasad il-ħajja t’aktar minn 58,000 fl-Istati Uniti, aktar min-numru ta’ Amerikani li sfaw vittmi tal-gwerra fil-Vjetnam.