Turiżmu
Mill-1 ta’ Awwissu daqshekk vapuri kbar fil-qalba ta’ Venezja

Il-Gvern Taljan iddeċieda li ma mill-1 ta’ Awwissu li ġej ma jħallix vapuri kbar jidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Venezja.

Kien il-Ministru Taljan għall-Kultura Dario Franceschini li ħabbar dan f’deċiżjoni immirata li tħares l-ambjent ta’ din il-belt.

Vapuri li għandhom piż ta’ 25,000 tunellata jew aktar se jitħallew biss jinżlu fiz-zona magħrufa bħala Marghera.

Id-deċiżjoni tal-Gvern Taljan mistennija taffettwa l-aktar lill-vapuri tal-passiġġieri u dawk tal-merkanzija.

Ambjentalisti u storiċi kienu ilhom jisħqu li l-vapuri kbar fil-qalba tal-belt kienu qed jikkawżaw tniġġis u jherru l-pedamenti li fuqhom mibnija l-belt.

Venezja hija mibnija fuq 118-il gżira żgħira li huma separati mill-kanali u biex jgħaqqduhom għandha madwar 400 pont.