Festi
Mill-1 ta’ Lulju, il-festi jistgħu jsiru forma ta’ pellegrinaġġi

Il-knisja f’Malta ħarġet direttivi li se jidħlu fis-seħħ mill-ewwel ta’ Lulju dwar kif jistgħu jiġu iċċelebrati il-festi tal-bliet u l-irħula.

Il-festi se jiġu iċċelebrati fid-data tal-Festa liturġika jew fil-Ħadd li s-soltu tkun iċċelebrata l-festa fix-xhur tas-sajf. Għal dawk il-festi li diġà għaddew, se tinstab ġurnata alternattiva li trid tkun approvata mill-Vigarju Ġenerali qabel titħabbar.

Il-festa se tkun iċċelebrata b’Quddiesa Solenni u pellegrinaġġ mat-toroq li ma jkunx itwal minn sagħtejn. Il-pellegrinaġġ jista’ jkun akkumpanjat mill-banda tal-post b’innijiet reliġjużi biss.

Fid-dħul tal-vara fil-Knisja, issir ċelebrazzjoni liturġika li tinkludi il-barka sagramentali. Id-dħul u l-ħruġ tal-vari min-niċċa jista’ jsir b’mod privat mhux aktar minn jumejn qabel u wara l-festa.

Dwar l-armar, il-knsija qalet li l-altari għandhom jintramaw l-istess kif ikunu armati fil-festa, iżda il-kumpament tal-armar fil-Knisja għandu jkun modest. L-armar fuq barra jista jsir. Madanakollu l-parroċċi ma jistgħux jidħlu fi spejjeż biex isir dan.

Dawn id-direttivi se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar tas-sena.

Il-Knisja qalet li minbarra l-festi fl-ibliet u l-irħula, fl-14 ta’ Settembru ser jiġi organizzat pellegrinaġġ djoċesan ta’ radd il-ħajr lil Alla mmexxi minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna, bix-xbieha devozzjonali tal-Kurċifiss meqjum fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar