Immigrazzjoni
Mill-1 ta’ Lulju jidħol fis-seħħ ftehim bejn Malta u l-Libja

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa li għaddiet. Sadanittant għadha tbaqbaq il-kwistjoni tal-425 immigrant, kollha rġiel li jinsabu fuq erba’ vapuri ftit ‘il barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta.

Bis-saħħa taż-żjara li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Libja li għaddiet, iż-żewġ pajjiżi qablu fost oħrajn li mill-1 ta’ Lulju jwaqfu żewġ ċentri ta’ kordinazzjoni wieħed f’Malta u ieħor fil-Libja biex tissaħħaħ il-kordinazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-immigranti. Mil-ftehim li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati li dawn iċ-ċentri ser ikollhom tliet uffiċjali f’Malta u tlieta oħra fil-Libja. Il-Gvern Malti ser ikun rappreżentat b’uffiċjal minn tlieta maħtur minnu fi Tripli filwaqt li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali tal-Libja ser jaħtar uffiċjal fiċ-ċentru ta’ Malta flimkien ma’ żewġ uffiċjali maħtura mill-Gvern Malti. Il-Gvern Malti qabel li jagħmel tajjeb għat-twaqqif u l-operat taż-żewġ ċentri.

Sadanittant l-ebda,żblokk s’issa dwar it-trattitivi biex l-425 immigrant li qed jinżammu abbord erba’ bastimenti ftit ‘il barra mill-ibħra territorjali Maltin jitqassmu fil-pajjiżi Ewropej. Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Dunja Mijatović qalet li hemm bżonn azzjoni biex l-immigranti jiżbarka fuq l-art. Qalet li din is-sitwazzjoni mhix sostinibbli. Il-Kummissarju Mijatovic irrokonixxiet li hemm bżonn sistema ġusta tat-tqassim tal-immigranti u faħħret il-fatt li l-Gvern Malti evakwa l-immigranti vurnerabbli waqt li wriet tħassib dwar saħħet l-immigranti li għadhom fuq il-baħar.

Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa esprimiet il-fehma li l-fatt li dawn l-immigranti ma jistgħux jitolbu l-ażil jista’ jikser il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Qalet ukoll li l-pajjiżi membri tal-Kunsill m’għandhomx ikunu involuti direttament jew indirettament għar-ritorn tal-immigranti lejn il-Libja u għandhom jissospendu kull ftehim li jista’ jkollhom dwar dan mal-awtoritajiet Libjani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar