Saħħa
Mill-Etna qed joħroġ gass perikoluż – studju

Il-vulkan l-Etna għandu diversi xquq li huma ta’ periklu għan-nies li jgħixu fl-inħawi.  Dan hekk kif dawn jiġġeneraw it-terremoti, ikissru l-ħamrija kif ukoll qed joħroġ minnhom gass radjuattiv li jista’ jikkawża l-kanċer.

Studju li sar mill-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija stħarreġ dawn il-gassijiet u r-riżultati ta’ din ir-riċerka ġew ippubblikati fir-rivista internazzjonali ‘Frontiers in Public Health’.

Riċerkaturi Taljani ilhom janalizzaw l-inħawi tal-Etna minħabba l-ħruġ ta’ gass magħruf bħala radon, li huwa tip ta’ gass radjuattiv, li ma jidhirx, ma jinxtammx u ma jintiegħemx.

Huwa meqjus bħala gass perikoluż ħafna, bi studji juru li hemm rabta bejn min kien espost għalih u l-inċidenza tal-kanċer fil-pulmun.

Mill-2015, beda jsir monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fl-inħawi tal-Etna u mill-analiżi li saret ħareġ li dan il-gass perikoluż instabu traċċi tiegħu anke fid-djar.

Fl-istudju tal-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija, li tmexxa minn Marco Neri, Salvatore Giammanco u Anna Leonardi, juri kif l-iktar li nstabu traċċi ta’ dan il-gass huwa fid-djar li hemm qrib ix-xquq l-iktar attivi tal-Etna.

Iktar ma jkunu attivi biċ-ċaqlieq tal-blat (seżmoloġija) dawn ix-xquq iktar joħroġ minnhom dan il-gass u għalhekk l-iktar f’riskju huma d-djar li hemm fil-viċinanzi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar