Konsumatur
Mill-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu l-vouchers tal-€100 li jistgħu jissarfu f’25,000 negozju f’Malta u Għawdex

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers tal-mitt ewro li jistgħu jissarfu f’ħamsa u għoxrin elf negozju f’Malta u Għawdex. Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri qal li sa tmiem din il-ġimgħa, in-negozji li jistgħu jissarrfu dawn il-vouchers se jirċievu ittra b’kodiċi apposta biex jattivaw applikazzjoni fuq il-mobile biex biha jaċċettaw ħlas bil-vouchers u awtomatikament l-ammont dovut jiġi ddepożitat fil-kont bankarju tagħhom, dakinhar stess.

Mal-ħamsa u għoxrin elf negozju ser ikunu jistgħu jsarfu l-vouchers ta’ mitt ewro li ser jintbagħtu mill-gvern lir-residenti f’Malta u Għawdex biex tingħata spinta lill-attività ekonomika.

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar id-dettalji ta’ kif ser taħdem is-sistema tal-vouchers bi proċedura sikura li tiġġarantixi l-validità ta’ kull voucher li jista’ jissarraf darba biss u meta jissarraf il-flus jiġu trasferiti awtomatikament dak in-nhar stess fil-kont bankarju tal-istabbiliment.

Il-vouchers jistgħu jissarrfu sa tmiem Settembru f’lukandi u ristoranti u fi stabilimenti kummerċjali varji li kienu ngħalqu mal-awtoritajiet tas-saħħa bħala partijiet mir-restrizzjonijiet li kienu saru biex il-coronavirus ma jinfirix.

Il-Konsulent tal-Ministeru Keith Abela qal li kull negozju se jsibha faċli li jirreġistra ruħu f’din is-sistema sempliċi b’applikazzjoni fuq il-mobile.

”Se jkunu jistgħu jużaw smarthphone, meta jiġi klijent permezz tal-app jiskennjaw il-QR code, kopja tal-vat receipt u jirċievu l-fondi direttament fil-kont.”

Is-Sur Abela kompla jgħid li l-vouchers għall-pubbliku se jitqassmu bil-posta reġistrata u jistgħu jiġu trasferiti minn persuna għall-oħra.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol Stanley Mifsud spjega li kull persuna se tirċievi ħames vouchers ta’ għoxrin ewro ‘l wieħed, erba’ li jkunu ta’ lewn aħmar biex jintużaw fil-lukandi u ristoranti, u wieħed blu li jista’ jintuża fil-ħwienet l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar